Aqbeż għall-kontentut

Irpin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Irpin
 Ukrajna
Amministrazzjoni
Stat sovranUkrajna
Oblast of UkraineOblast ta' Kiev
Isem uffiċjali Ірпінь
Ismijiet oriġinali Ірпінь
Ġeografija
Koordinati 50°31′N 30°15′E / 50.52°N 30.25°E / 50.52; 30.25Koordinati: 50°31′N 30°15′E / 50.52°N 30.25°E / 50.52; 30.25
Irpin is located in Ukraine
Irpin
Irpin
Irpin (Ukraine)
Superfiċjenti 110.83 kilometru kwadru
Għoli 121 m
Demografija
Popolazzjoni 56,806 abitanti (1 Jannar 2019)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1899
Żona tal-Ħin UTC+2
bliet ġemellati Borna, Alytus (en) Translate, Kotsiubynske (en) Translate, Mtskheta, Panevėžys (en) Translate, Smila (en) Translate, Pisz (en) Translate, Pereiaslav (en) Translateu Cascais
imr.gov.ua

Irpin (bl-Ukren: Ірпі́нь) hija Belt tal-Eroj tal-Ukrajna[1] li tinsab max-xmara Irpin fl-Oblast ta' Kiev eżatt ħdejn il-belt ta' Kiev fit-Tramuntana tal-Ukrajna. Parti minn Irpin, l-insedjament ta' Kotsiubynske, jitqies qisu subborg ta' Kiev.

Amministrattivament, hija inkorporata bħala belt ta' importanza ta' oblast u sservi bħala ċentru amministrattiv tal-Muniċipalità ta' Irpin, li tinkludi l-belt ta' Irpin u tliet insedjamenti urbani. Il-belt fl-2021 kellha popolazzjoni ta' 62,456 ruħ.[2]

Il-belt għandha stazzjon ferrovjarju li nbena fl-1899.

Il-pjazza ċentrali tal-belt

Fis-seklu 17 fis-sit ta' Irpin kien hemm il-villaġġ ta' Romanivka u l-khutir ta' Lyubka. Fis-seklu 19, tfaċċaw il-villaġġ ta' Severynivka, u l-khutir ta' Rudnya u ta' Stoyanka.

Irpin ġiet stabbilita fl-1899 bħala waħda mill-punti ferrovjarji tal-linja ferrovjarja bejn Kiev u Kovel matul il-kostruzzjoni tagħha. Il-ħaddiema ferrovjarji stabbilew il-belt ħdejn il-linja ferrovjarja flimkien ma' lokalitajiet oħra bħal Bucha u Vorzel. Isem il-belt (flimkien ma' dak tal-belt ta' Vorzel) intgħażel minħabba l-pożizzjoni tagħha max-xmara Irpin.

Mis-26 ta' Lulju 1941, eżatt wara l-Battalja ta' Kyiv, il-belt ġiet okkupata mill-Wehrmacht sa Novembru 1943, meta Kiev reġgħet inħakmet. Il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni Lhudija nqatlet fil-Babyn Yar jew f'massakri Nażisti oħra.

Fl-1956, l-istatus ta' Irpin inbidel għal dak ta' "belt ta' subordinazzjoni ta' raion (distrett)" subordinata għar-Raion ta' Kiev-Sviatoshyn. Fit-30 ta' Diċembru 1962, Presidju tal-Verkhovna Rada tar-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna ħareġ digriet li bidel l-istatus ta' Irpin għal "belt ta' subordinazzjoni ta' oblast", u b'hekk subordinata għall-awtoritajiet tal-oblast iktar milli għall-amministrazzjoni tal-belt fi ħdan il-belt stess. Fi ħdan id-digriet issemmiet ukoll l-inklużjoni tal-insedjamenti urbani ta' Bucha (li saret belt fl-2007), Vorzel, Hostomel, u Kotsiubynske fil-limiti tal-belt.

Matul l-invażjoni Russa tal-Ukrajna tal-2022, Irpin sar sit ta' battalja matul l-offensiva ta' Kiev. Il-forzi Russi ħadu l-Ajruport ta' Hostomel fit-Tramuntana tal-belt biex jiffaċilitaw l-avvanz tagħhom lejn in-Nofsinhar, madwar Kiev. Il-belt ġiet ibbumbardjata mill-artillerija Russa filwaqt li l-Ukreni rnexxielhom jirreżistu u jeqirdu diversi forzi Russi li ppruvaw joqorbu fil-belt.[3][4] Skont il-Human Rights Watch, fis-6 ta' Marzu 2022, il-forzi Russi bbumbardjaw parti minn triq li kienet qed tintuża min-nies ċivili biex jaħarbu.[5] Fl-24 ta' Marzu 2022, 80 % tal-belt reġgħet inħatfet minn idejn l-okkupanti Russi mill-Forzi Armati Ukreni.[6] Fit-28 ta' Marzu, is-sindku Oleksandr Markushyn ħabbar li l-belt kollha ta' Irpin kienet ġiet irkuprata mill-forzi Ukreni.[7]

Il-ġnien ċentrali tal-belt

Hemm 22 manifattur industrijali li joperaw fir-reġjun ta' Irpin. Il-belt għandha qrib elf impriża b'forom differenti ta' sjieda. L-iżjed notevoli huma l-Kumpless Industrijali ta' Peremoha ta' Irpin (li jipproduċi brikks, komponenti tal-konkrit rinfurzat, u materjali tal-iżolament tat-tisħin u tal-istorbju), Irpinmash (li tipproduċi t-tagħmir għall-industrija agrikola), l-Azjenda Kummerċjali ta' Perun (li tipproduċi kotba), il-Kumpanija Privata Kummerċjali u Privata KATECH-electro (li tipproduċi prodotti tal-kejbils u tal-wajers), il-fabbrika ta' Irpintorfmash (li tipproduċi materjali tal-kostruzzjoni), u fabbrika tal-għamara, fost l-oħrajn.

Is-settur agrikolu ta' Irpin jipprovdi l-belt kapitali tal-Ukrajna, Kiev, bil-patata u bi ħxejjex oħra.

Il-belt hija wkoll żona tal-istabbilimenti tas-saħħa u hija magħrufa għall-faċilitajiet rikreattivi tagħha.

Il-grawnd tal-belt ta' Irpin

Il-belt għandha infrastruttura tal-isport żviluppata ħafna. Kien hemm żmien fejn kienet tospita diversi klabbs tal-futbol professjonali, fosthom Dynamo Irpin (li iktar 'il quddiem sar FC Ros Bila Tserkva), Nafkom-Akademiya (li iktar 'il quddiem sar FC Nafkom Brovary), u oħrajn.

Fis-sajf tal-2016 infetaħ grawnd żgħir ġdid fil-belt.[8]

Barra minn hekk, hemm skola sportiva, nursery tal-futbol, u diversi organizzazzjonijiet sportivi oħra, fosthom klabb tar-rugby. Għadd ta' avvenimenti sportivi jsiru regolarment fil-grawnd tal-belt.

L-istazzjon ferrovjarju tal-belt

Fil-belt hemm l-istituzzjonijiet edukattivi li ġejjin:

  • l-Università tas-Servizz Fiskali tal-Istat tal-Ukrajna (li qabel kienet l-Akkademja Statali tat-Taxxa),
  • l-Iskola tal-Ekonomija tal-Università Agrarja Nazzjonali,
  • is-Seminarju tal-Bibbja Evanġelika.

Nies notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]

Irpin hija ġemellata ma':

  1. ^ "УКАЗ ПРЕЗИДЕНТА УКРАЇНИ №164/2022". Офіційне інтернет-представництво Президента України . Miġbur 2022-04-08.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  2. ^ "Statistika tal-Ukrajna" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2022-04-06. Miġbur 2022-04-08.
  3. ^ "Enemy's attempt to capture Irpin failed, attack repulsed - General Staff". www.ukrinform.net (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  4. ^ "Devastating photo shows before and after of attack on Ukranian town of Irpin". uk.news.yahoo.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  5. ^ "Ukraine: Russian Assault Kills Fleeing Civilians" (bl-Ingliż). 2022-03-08. Miġbur 2022-04-08.
  6. ^ "80% Ірпеня вже звільнено - радник глави МВС". Інтерфакс-Україна (bl-Ukren). Miġbur 2022-04-08.
  7. ^ "Ukrainians have retaken control of Irpin". BBC News (bl-Ingliż).
  8. ^ "Iрпiнський інформаційний — Ирпенский информационный". irpinian.info. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-04-23. Miġbur 2022-04-08.
  9. ^ "Milwaukee's Sister Cities". city.milwaukee.gov. Miġbur 2022-04-08.
  10. ^ "L-iffirmar tal-ġemellaġġ" (PDF).