Kapitali Ewropea tal-Kultura
Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura hija belt magħżula mill-Unjoni Ewropea (UE) għal perjodu ta' sena li matulha jiġu organizzati numru ta' avvenimenti kulturali. Huma ħafna l-bliet li sfruttaw dan iż-żmien sabiex ikebbsu l-patrimonju kulturali tagħhom biex b'hekk jerġgħu jtellgħu l-profil tagħhom fuq skala internazzjonali.
Għas-sena 2020, Galway u Rijeka huma l-bliet magħżula għal dan it-titlu.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-idea tal-Belt Ewropea tal-Kultura tnediet nhar il-13 ta' Ġunju 1985 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq inizzjativa ta' Melina Mercouri, li kienet tkopri l-inkarigu ta' Ministru tal-Kultura fil-gvern Grieg, bħala mezz biex jingħaqdu ċ-ċittadini Ewropej. L-ewwel belt magħżula filfatt kienet Ateni fl-1985. Minn dak iż-żmien, l-inizjattiva kellha iktar suċċess u l-impatt kulturali u soċjo-ekonomiku kiber grazzi għan-numru ta' viżitaturi li żaru l-bliet magħżula. Oriġinarjament, it-titlu ta' dan l-avveniment kien il-Belt Ewropea tal-Kultura, sakemm dan inbidel matul il-presidenza Ġermaniża tal-1999.[1]
Sal-2004, il-kandidati kienu jiġu magħżula fuq bażi intergovernattiv fejn l-istati membri jagħżlu b'mod unanimu l-bliet l-iktar adattati biex itellgħu l-avveniment u l-Kummissjoni Ewropea tiggarantixxi sussidju għall-bliet magħżula kull sena. Mill-2005, l-istituzzjonijiet Ewropej bdew jieħdu sehem fil-proċedura tal-għażla.
Skont studju mħarreġ mill-Kummissjoni fl-2004, dawn wera li l-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura sservi ta' katalist għall-iżvilupp kulturali u t-trasformazzjoni tal-belt.[2] B'hekk, il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi u l-impatt fuq il-belt magħżula huma kkunsidrati fl-għażla tal-ibliet.
Lista
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Kiran Klaus Patel, ed., The Cultural Politics of Europe: European Capitals of Culture and European Union since the 1980s (Londra: Routledge, 2013)
- ^ Palmer, Robert (2004). Kummissjoni Ewropea (ed.). "The Palmer Report on the Capitals of Culture from 1995-2004".
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Kapitali Ewropea tal-Kultura |
- (EN) Sit uffiċjali