Aqbeż għall-kontentut

Oċeanja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mappa tad-dinja li turi l-Oċeanja (ġeografika)

L-Oċeanja hija reġjun, ġeografiku, u wkoll ġeopolitiku magħmul minn bosta artijiet - l-iktar gżejjer, u ħafna drabni jinkludi l-Awstralja – fl-Oċean Paċifiku u l-viċinanzi. Il-firxa eżatta tal-Oċeanja għandha varjetà ta' definizzjonijiet, b'xi interpreatzzjonijiet li jinkludu l-Awstralja, New Zealand, l-Indoneżja u Timor tal-Lvant.

L-użu primarju tat-terminu Oċeanja huwa li jiddeskrivi reġjun makroġeografiku li jinsab bejn l-Ażja u l-Ameriki, bil-kontinent Awstraljan bħala l-ikbar landmass u li jikkonsisti f'mdawar 10,000 gżira fil-Paċifiku. L-isem Oċeanja huwa wżat għax, kuntrarju għall-raggrupamenti reġjonali oħra, huwa l-oċean u l-baħar iktar milli kontinent li jgħaqqad dawn l-artijiet flimkien.

Il-pajjiżi u t-territorji tal-Oċeanja

[immodifika | immodifika s-sors]
Mappa Ġeopolitika ta' l-Oċeanja

L-isem ta' dal-kontinent ġie ivvintat mill-esploratur Franċiż Dumont d'Urville fl-1831, u tradizzjonalment, l-Oċeanja kienet maqsuma fil-Mikroneżja, il-Melaneżja, il-Polineżja, u l-Awstralażja.

Il-parti l-kbira ta' l-Oċeanja hija magħmula minn nazzjonijiet-gżejjer żgħar. L-Awstralja hija l-unika pajjiż kontinentali; Timor tal-Lvant u Papua New Guinea huma l-uniċi pajjiżi b'fruntieri ma' pajjiżi oħra, f'dan il-każ mal-Indoneżja.

Il-lista li qed tiġi riprodotta hawn taħt tinkludi il-pajjiżi u t-territorji li huma kklassifikati bħala parti mill-Oċeanja mill-UNESCO.

Awstralja

New Zealand

Melaneżja

Mikroneżja

Polineżja

Notes:

  1. Ir-Renji fil-Commonwealth huma monarkiji kostituzzjonali indipendenti li fihom il-persuna li tkun ir-re jew reġina tar-Renju Unit tirrenja bħala monarka.
  2. Ara diviżjonijiet amministrattivi ta' Franza
  3. Although the current Head of State of Samoa, Malietoa Tanumafili II, one of the island's paramount chiefs, can be considered a monarch and will remain in office until his death, according to the constitution of Samoa, his successor will be elected for a 5 year term and not necessarily among the chiefs. This way, hard as it is to classify, Samoa could be considered a republic.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]