Aqbeż għall-kontentut

Rota

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-iktar mudell popolari ta' rota - u l-iktar vettura popolari ta' kull tip fid-dinja - hi ċ-Ċiniża Flying Pigeon b'xi 500 miljun fis-servizz.
Grupp ta' roti ta' tipi u qisien varji (fi Buenos Aires).
Nies fuq roti f'Mexico City.

Rota, jew biċikletta, hi vettura mħaddma mill-bniedem, b'żewġ roti mwaħħlin ma' frejm, waħda wara l-oħra. Xi ħadd li jsuq rota jissejjaħ ċiklist.

Ir-roti daħlu fis-seklu 19 fl-Ewropa u, fl-2003 kien hemm iktar minn biljun madwar id-dinja kollha, id-doppju mill-karozzi. Huma l-mezz ta' trasport ewlieni f'ħafna reġjuni. Jipprovdu wkoll forma popolari ta' rikreazzjoni, u ġew addattati għall-użu ta' ġugarelli għat-tfal, fitness ġenerali, fil-militar u l-pulizija, servizzi courier, u tlielaq tar-roti.

Il-forma bażika u konfigurazzjoni ta' rota ftit inbidlet mindu l-ewwel mudell b'katina ġie żviluppat fl-1885. Imma ħafna dettalji tjiebu, speċjalment mill-miġja tal-materjali u d-disinji megħjuna mill-kompjuter. Dawn wasslu għat-tkattir ta' disinji speċjalizzati għal ħafna tipi ta' ċikliżmu.

L-invenzjoni tar-rota kellha effett enormi fuq is-soċjetà, kemm f'termini ta' kultura u kemm għall-avvanzi moderni tal-metodi industrijali. Numru ta' elementi li eventwalment kellhom parti mill-irwol tal-iżvilupp tal-karozza kienu inizjalment ivvintati għall-użu tar-rota, bħall-ball bearing, tajers pnewmatiċi, sprockets b'katina, u r-roti bl-ispokes bit-tensjoni.

Il-kelma bicycle bl-Ingliż dehret l-ewwel darba fl-Ingliż fil-gazzetta The Daily News fl-1868, biex tiddeskrivi "Bysicles u trysicles" fuq ix-"Cahamps Elysées u Bois de Boulogne." Il-kelma kienet l-ewwel darba intużat fl-1847 f'pubblikazzjoni Franċiża biex tiddeskrivi vettura mhux identifikata ta' żewġ roti, possibbilment ta' karreġġa. Id-disinn tar-rota kien avvanz fuq il-veloċipede, għalkemm il-kliem kienu ntużaw b'ċertu grad ta' overlap għal xi kliem.

Fil-Unicode, il-kodiċi ħeksadeċimali għal "rota" hi 1F6B2. L-istring 🚲 tipproduċi 🚲.